Malta Comics
  • Daħla
  • Sagħtar
  • Avventura
  • Imħabba Vera
  • Ħrejjef Missirijietna
  • Il-Komik
  • L-istrixx
  • Strixxikli fil-gazzetti
  • Strixxi fil-gazzetti
  • Pubblikazzjonijiet b'lingwi oħra
  • Strixxikli fuq l-internet
  • Volumi
  • Strixxikli klandestini
  • Strixxikolisti
  • Kuntatt

 Strixxikli romantiċi

Imħabba Vera kien strixxiklu li ħareġ għall-arja dak li qabel qatt ma kien għadu deher fil-pubblikazzjonijiet Maltin. Sa l-1984 l-influs barrani kien ikkontrollat u ċ-ċensura kienet għadha meqjusa importanti. Joe Sacco kien avviċina lill-pubblikatur Emmanuel Debattista tal-PEG u ppropona s-sensiela ta’ IMĦABBA VERA . Dan aċċetta u s-sensiela ħarġet u kienet suċċess speċjalment mat-tfajliet li għalihom kienet immirata. Joe Sacco li beda l-karriera tiegħu ta’ strixxikolist propju minn din is-sensiela, waqaf f’għadd 6 tal-pubblikazzjoni u emigra lura lejn l-Amerka fejn għamel isem għalih innifsu f’din il-linja tal-comics. Warajh komplew oħrajn bħal Peter Zammit, Vince Pace u Mark Vella bil-pinna ta’ Josephine Tonna. Jagħtini x’nifhem li dawn huma psewdonomi ta’ artisti Maltin li żammew mat-tradizzjoni antika fost il-kartunisti li jużaw isem ieħor flok dak tagħhom. 

Fis-snin tmenin l-istrixxikli ta’ IMĦABBA VERA qajmu interess qawwi l-iktar fost it-tfajliet li kienu jgħoxew bl-intriċċi tar-relazzjonijiet bejn it-tfajliet u l-ġuvintur fl-istejjer. Ix-xenarju maħluq kien realistiku ħafna, bl-atmosfera tipika fid-dar Maltija u għall-ewwel darba fir-rakkont impinġi rajna xeni tat-tfajliet qed ibiddlu jew mistriħin fuq is-sodda bil-qalziet ta’ taħt u r-riċipettu. Intenzjonati biex iqanqlu ċerta senswalità u erotiżmu fl-istejjer, mhux dejjem kienu espliċiti imma għal dak iż-żmien din kienet novità kbira. Imma aktar minn dan l-aspett viżiv, kien hemm it-temi fl-istejjer li kienu jqajmu argumenti jaħarqu għaliex IMĦABBA VERA kien qed jesponi l-verità tas-sess u t-tqala qabel iż-żwieġ kif ukoll jillustra d-divertiment taż-żgħażagħ bix-xorb u l-libertinaġġ kif kien ipprattikat dak iż-żmien. IMĦABBA VERA baqa’ joħroġ sa għadd 21.


Nru. 1   Tiegħek għal dejjem  kitba u tpenġija ta’ Joe Sacco
Nru. 2   Tard Wisq!                 kitba u tpenġija ta’ Joe Sacco
Nru. 3   Tirbaħ l-Imħabba       kitba u tpenġija ta’ Joe Sacco
Nru. 4   It-Tradiment               kitba u tpenġija ta’ Joe Sacco
Nru. 5   F’Dinja ta” Ngann      kitba u tpenġija ta’ Joe Sacco
Nru.6    Għall-Imħabba Tiegħek kitba Josephine Tonna  tpenġija Vince Pace
Nru.7    Il-Kamra tan-Nar         kitba Joe Sacco 
Nru.8    Imrar                         kitba Josephine Tonna  tpenġija ta’ Mark Vella
Nru.9   Qalb maqsuma           kitba Josphine Tonna     Tpenġija Vince Pace
Nru.10  Imħabba miċħuda     kitba Josephine Tonna  tpenġija Peter Zammit

Nru.11  Id-Diżgrazzja             kitba Josephine Tonna  tpenġija ta’ Vince Pace
Nru.12  Ilsien in-nies              kitba Josephine Tonna  tpenġija Vince Pace
Nru.13  Ferħ u dwejjaq          kitba Josephine Tonna  tpenġija Vince Pace
Nru.14  Ħolm                         kitba Josephine Tonna  tpenġija Peter Zammit
Nru.15  L-Għażla                   kitba Josephine Tonna  tpenġija Vince Pace
Nru.16  Inkwiet                      kitba u tpenġija Vince Pace
Nru.17  Id-Drogat                   kitba Josephine Tonna  tpenġija Peter Zammit

Nru.18  Il-Ħalliel it-Tajjeb       kitba Josephine Tonna  tpenġija John S. Falzon
Nru.19  L-Aħwa                     kitba Josephine Tonna  tpenġija Peter Zammit
Nru.20  Il-Milied ta' Noel       kitba Josephine Tonna  tpenġija Peter Zammit
Nru.21  Ir-Raġel Miżżewweġ kitba Josephine Tonna  tpenġija vince Pace


Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Picture
Powered by
✕