Strixxikli f'Sagħtar
Ir-rivista Sagħtar tat u għadha tagħti kontribut kbir lill-qasam tal-comics fill-gżejjer Maltin. Mill-1974 ‘il hawn, tista’ tgħid li kważi f’kull ħarġa kien hemm xi forma ta’ rakkont impinġi jew ieħor. L-istrixxikli tal-bidu bħal ta’ Viku Mason u Ir-rewwixta ta’ l-ilsiera, nġabru wkoll biex ħarġu f’pubblikazzjonijiet separati. Kien fl-1984 meta l-editur ta’ Sagħtar, Victor Fenech, ħareġ is-sensiela KOMIK SAGĦTAR li fiha ġew ippubblikati sitt strixxikli ta’ 32 paġna-il wieħed. Dawn kienu ĠANMARI, MONROI, IR-REWWIXTA TA’ ILSIERA, it-tlieta dwar episodji mill-istroja ta’ Malta b’kitba u tpenġija ta’ Joe Mallia. Kien hemm ukoll TGĦID HEKK IKUN GĦADA? U VIKU MASON, żewġ stejjer, waħda storika u l-oħra tal-fantaxjenxa b’kitba u disinn ta’ Ġorġ Mallia. Kien hemm ukoll ŻEWĠ STEJJER WESTERN ta’ Joe Spiteri u Tony Cassar Darien. Is-sitt wieħed kien IR-RIKKIEBA TAS-SMEWWIET ta’ Benny Agius bi storja tal-fantaxjenza.
Is-Sagħtar kompla jippubblika l-paġni komik tiegħu ħafna drabi bit-tħabrik ta’ Ġorġ Mallia li kien ukoll wieħed mill-produtturi tar-rivista Sagħtar u kellu kuntatti tajbin ħafna ma’ artisti li kienu jpinġu fil-ġeneru tal-comics. Matul is-snin disgħin u s-snin elfejn, l-istrixxi komiċi kienu iktar frekwenti, iżda dawn l-aħħar xhur bdew jidhru xi strixxikli fuq vena aktar serja.
Taħwira ta' eroj u karattri pasparin
Sa mit-twaqqif tagħha fis-snin sebgħin, ir-rivista Sagħtar kompliet tikber fil-paġni u fiċ-ċirkulzzjoni u illum hija fost l-aktar rivisti attrajenti u popolari li nsibu fis-suq Malti. B'xorti tajba u bil-moħħ miftuħ tal-bord editorjali tagħha, l-istrixxiklu Malti ħa spinta 'l quddiem permezz ta' Sagħtar u dan il-mezz impinġi beda jintuża aktar fl-edukazzjoni u prevenzjoni tas-saħħa u ta’ l-ambjent. Fil-ħarġiet regolari ta' kull xahar, fil-paġni ta' Sagħtar wieħed seta' jiltaqa' ma varjetà ta' stejjer impiġjin li jkopru minn ħrejjef, praspar u erojiżmu. L-aktar żewġ sensiliet ta' paġni komik li damu sejrin kienu IL-WIED GĦAN-NIŻLA ta' Mikiel Galea (1992 -1996 total ta' 24 paġna)u BUSUFU TA' ŻMIEN IL-ĦAĠAR ta' Sandra Abela (1996 - 2005 total ta' 24 paġna). Dawn iż-żewġ sensiliet it-tnejn kienu umoristiċi b'karattri pasparin li dejjem jispiċċaw il-paġna b'xi daħka. Kien hemm ukollTELLERITA ta' Tevor Zahra (1984 - 1985 b'total ta' 14-il paġna)u ż-żewġ paġni ABIGAJL U L-FIFRA SAĦĦARIJA (1990 - 1991 b'total ta' 16-il paġna).
Dawk li semmejt fil-bidu, jiġifieri, l-istrixxiklu ta' erba' paġni VIKU MASON ta' Ġorġ Mallia (1977 - 1978 b'total ta' 20 paġna) u IR-REWWIXTA TA' L-ILSIERA ta' Joe Mallia (1976 - 1977 b'total ta' 20 paġna) ukoll kienu fost l-aktar sensiliet li damu għaddejjin.
Strixxi
Mill-1990 ‘l quddiem bdew isiru iktar popolari l-istrixxi fuq Sagħtar. L-ewwel speċi ta’ strixxi kienu Josib (1990 – 1991 total ta’ 5es strixxi imma naħseb li toqogħdilhom iktar ta’ karikaturi) imbagħad warajh Victor Pulis b’ĦAĠĠU TA’ ĦAĠAR QIM (1992-1994 total ta 21 strixxa). Pulis kompla b’MIĊU L-FENIĊU (strixxa waħda) u KLAWDJU R-RUMAN (1996 – 1997 5es strixxi). Kien hemm KOLOMBINA ta’ Mikiel Galea (1997 - 1999 14-il strixxa). SUPER ĠORĠ ta’ Sandra Abela (1998 – 2001 total ta’ 7 paġni u 13-il strixxa). SABRINA S-SABI (2001 – 2003 15-il strixxa), RUBEN ta’ Mark Scicluna (2001 – 2002 5es strixxi, ĠUĠU ta’ Roberta Azzopardi (2002 – 2004 15-il strixxa) u SPUTNIK ta’ Robert Caruana (2006 -2007 8n strixxi) kienu l-iktar regolari fost waħdiet oħrajn. L-iktar sensiela ta’ strixxi li damet kienet L-AĦWA IĦIRSA ta’ Samwel Mallia (2003 – 2008 38 strixxa) u għadha għaddejja sa llum. Roberta Azzopardi kellha wkoll lil DRAGUNU (2006 -2008 16-il strixx). Issa l-istess Roberta Azzpardi qed tipproduċi strixx ġdida (2008 3tt strixxi) bl-isema ta' Rokna Waħx.