Strixxi fil-gazzetti
L-istrixxa fil-gazzetti Maltin m’hijiex segwita hafna. Anzi nista’ ngħid li hija ħaġa rari li ssibha fil-gazzetti li għandhom tradizzjoni Maltija. Fis-snin tmenin fuq gazzetta bl-isem ta’ IL-ĦADDIEM taż-ŻĦN, Ġorġ Mallia ppubblika diversi strixxi fosthom l-adattament ta’ IR-RAZZETT TAL-BHEJJEM ta’ George Orwell. Fuq il-gazzetta IL-FEHMA fl-1987 bdiet tidher strixxa politika ta’ Lieni Galdes bl-isem ta’ NARDU L-PULITKU. Fuq IL-ĠENS bejn l-1988 u l-1990, Ġorġ Mallia kellu strixxa regolari bl-isem ta’ IL-FAMILJA BORG u wara din segwa bi strixxa regolari oħra IN-NIES, li damet sa l-1992. Dawn it-tnejn kien ikollhom kummenti soċjali u politiċi.
Min-naħa l-oħra, fuq il-gazzetta THE TIMES li timxi aktar fuq mudell tradizzjonali Ingliż, ippubblikat diversi strixxi matul iż-żmien li xtrat id-dritt tal-pubblikazzjoni tagħhom mingħand aġenti barranin. Iżda fl-1991 THE TIMES bdiet tippubblika ONE FAMILY ta’ Ġorġ Mallia u baqgħet għaddejja b’suċċess sa l-2008.
Kif wieħed jista’ jara minn din il-mixja storika ta’ l-istrixxa f’pajjiżna, għal xi raġuni partikolari, l-istrixxa serja kif ukoll dik komika, ma tantx qabdu art sakemm ma kienx hemm dik id-doża politka biex tattira lill-qarrejja tal-gazzetti.