Malta Comics
  • Daħla
  • Sagħtar
  • Avventura
  • Imħabba Vera
  • Ħrejjef Missirijietna
  • Il-Komik
  • L-istrixx
  • Strixxikli fil-gazzetti
  • Strixxi fil-gazzetti
  • Pubblikazzjonijiet b'lingwi oħra
  • Strixxikli fuq l-internet
  • Volumi
  • Strixxikli klandestini
  • Strixxikolisti
  • Kuntatt

L-avventuri t'Adron Re

L-avventuri t'Adron Re ta’ Ġorġ Mallia, hija storja mixħuta fuq il-fantasija fejn is-seħer kien possibbli u fejn il- mostri u d-draguni kienu jgħammru fuq l-art. It-tirann Davinu jisraq it-tron ta’ Adron. Bis-saħħa u l-għerf tal- Gran Viżier Bodri, Adron imur ifittex il-medaljun imsaħħar sabiex bis-setgħa li toħroġ minnu,  kollox jerġa lura fl-ordni naturali tiegħu.

Qies 137mm X 21mm

Format: Mimdud
Paġni 44 iswed u abjad
Qoxra: kartunċina b’żewġ kuluri
Pubblikazzjoni Ġorġ Mallia 1982


L-ewwel Assedju 1565

L-ewwel assedju 1565 ta’ Victor Pulis huwa rakkont impinġi li jeħodna pass pass fil-ġrajja ta’ l-assedju l-kbir li seħħ fl-1565 bejn l-ordni tal-kavallieri ta’ San Ġwann u l-invażuri  Ottomani.

 
Qies 21cm X 27.9cm
Format: Wieqaf
Paġni  115 iswed u abjad
Qoxra: kartunċina tleqq bil-kulur

Pubblikazzjoni Merlin 1999





Fjura Maltija

Fjura Maltija fuq kitba ta’ Joe Flask u tpinġija ta’ Davida Flores, jirrakkonta l-istorja vera tal- Beata Adeodata Pisani, t-tfajla Maltija ta’ nisel nobbli mill-Imdina, li kellha l-vokazzjoni biex tidħol soru Benedittina. Għal ftit żmien hija tilħaq madre superjura imma ssofri l-kritika inġusta ta’ xi wħud minn sħabha s-sorijiet. Fis-skiet u l-umiltà tal-qdusija hija tirrassenja ruħha għat –talb u tinħakem minn marda li ttemmilha ħajjitha f’qasir il-għomor.

Qies 14.7cm X 21cm
Format: Wieqaf
Paġni 52 bil-kulur
Qoxra:  karta bil-kulur
Pubblikazzjonijiet Benedttini 2002.



Powered by Create your own unique website with customizable templates.