Strixxikli fuq l-internet
Il-fenominu tal-comics fuq l-internet minn artisti stranġieri, ta’ l-inqas minn dawk anglofoni u frankofoni jidher li ħa sewwa iżda l-istrixxikli fuq l-internet minn artisti Maltin tgħoddhom fuq id waħda. Wieħed jista’ jassumi li l-internet kellu jiftaħ orizzonti ġodda għall-pubblikazzjoni tal-comics minn strixxikolisti Maltin. Il-fatt li wieħed jista’ jippubblika xogħlu mingħajr il-ħtieġa li tgħaddi mill-għarbiel ta’ xi editur kif ukoll mingħajr l-ispejjeż ta’ l-istampar, tagħmel l-internet post attrajenti għall-ippubblikar. Iżda jibqa’ l-fatt li biex wieħed jipproduċi strixxikli ta’ kwalità, jirrikjedi ż-żmien u għalkemm l-internet tipprovdi din l-opportunità tad-deheb biex wieħed jippubblika b’xejn, mhux lakemm dak li jkun, jasal biex iwettaq dak li jixtieq. L-strixxikli elettroniċi fuq l-internet iservu ta' eċerċizzju tajjeb għall-istrixxikolisti prinċipjanti speċjalment għal dawk li aktar ‘l quddiem ikunu jridu jidħlu għal xi pubblikazzjoni fl-idejn.
L-ISTORDUT KRONIKU (M.Galea) jibbloggja strixxiklu elettroniku ta’ natura satirika. Dawk li dehru s’issa kienu : It-tmien kapurjuni Straordinarji (12-il paġna), Paqqamanija (10 paġni) u Trijonfali (16-il paġna).
APOKALUPSIS (C.Meli) jippostja webcomics bl-Ingliż ta’ natura kristjana f’ambjent ta’ fantaxejenza: Dawk li dehru s’issa kienu: Apokalupsis (8 paġni), St Paul’s shipwreck (paġna), Rock N Roll kids (15-il paġna) u Genesis Manga(paġna).
Joseph Buġeja poġġa fuq is-sit tiegħu strixxiklu elettroniku bl-isem ta’ THE TSAR (19-il paġna) li pinġa hu stess fuq kitba ta’ Joseph Farrugia (mhux ta’ Sajjetta).
Fabio Agius jqiegħed fuq l-internett strixxikli li jkun ippubblika fuq xi rivisti immirati għaż-żgħażagħ - Rex & Tex (Manic Magazine),Darkhearts (internet) u L-Aħwa Bum Bum (internet)
L-ISTRIXX ukoll jippostja strixxikli (6 paġni) fuq is-sit li oriġinarjament ikunu dehru diġa fir-rivista Sagħtar.
Strixxikli - comics - Malta : huwa sit eletroniku li jittratta l-istorja ta' l-istrixxiklu Malti u aspetti oħra konnessi mal-pubblikazzjoni tiegħu.